Ahna s-Sindki,
Avv. Vittorio Carone mil-lokalita’ ta’ Ragalna (provincja
ta’ CT Catanja, Italja)
Is-Sur Joseph Sultana mill-lokalita’ tal-Munxar (Gzira ta’
Ghawdex, Malta)
Eletti demokratikament mic-cittadini taghna:
- Zguri li ninterpretaw ix-xewqat tac-cittadini taghna, li maghhom
niltaqghu kuljum u li ghalihom ahna responsabbli;
- Naghrfu l-fatt li c-civilta’
Europeja taf il-bidu taghha fil-komuni ta’ l-Italja tal-passat,
li akkwistaw il-liberta’ taghhom u ddefendewha bi prezz ta’
sagrificji kbar, u li llum is-socjeta’ Europeja ghadha ssofri
l-feriti tal-gwerer imdemmija ma’ l-Ewropa kollha, u li gelldu
poplu ma’ iehor u li ghadhom jidhru fl-ispirtu nazzjonalistiku
u fir-razzizmu;
- Konxji li l-awtoritajiet lokali,
ghalkemm izommu l-liberta’ taghhom iridu jaghtu l-kontribut
essenzjali taghhom ghall-ghaqda tad-diversi tipi ta’ demokraziji
(dawk lokali, nazzjonali u Ewropej) sakemm issir l-ghaqda effettiva
ta’ dawn l-entitajiet kollha ghall-izvilupp ekonomiku u socjali;
- Nifhmu li d-dimensjoni Ewropeja
saret parti essenzjali fil-hajja taghna kemm bhala ndividwi u kemm
bhala socjeta’, u ghalhekk il-komunitajiet lokali jridu jxerrdu
l-interess personali taghhom flimkien ma’ inizzjattivi ohra
’l hemm mill-fruntieri biex isiru ghaqdiet godda ma’
gruppi f’ pajjizi ohra;
- Nifhmu li t-tkabbir tar-relazzjonijiet
u l-hbiberija trid timxi pass ma’ l-impenn li nibnu l-komunita’
Ewropeja fuq istituzzjonijiet politici stabbli li jkunu ‘l
fuq mill-politika nazzjonali, fuq il-principju tal-ghajnuna reciproka,
u fuq il-bzonnijiet ta’ ordni demokratika internazzjonali
u mondjali, li jwasslu ghall-vera paci.
Illum sbatax ta’ Lulju
2003, fid-disgha u nofs ta’ fil-ghaxija, fil-Munxar, u fil-prezenza
ta’ cittadini miz-zewg lokalitajiet taghna, naghmlu sollennament
din il-weghda:
- Li nippromovu u nkabbru r-relazzjonijiet
mhux biss bejn l-amministrazzjonijiet lokali, izda wkoll u fuq kollox
bejn ir-residenti taghna, bil-ghan li nifhmu aktar lil xulxin. Titkabbar
ukoll il-koperazzjoni u l-gharfien tad-destin komuni li jorbotna
ma’ xulxin;
- Li nkabbru u nippromovu skambji
kulturali, skolastici, ghaqdiet taz-zghazagh, sportivi, turistici,
socjali u ekonomici. U b’ rizultat ta’ din l-ghajnuna
reciproka biex jigu affrontati l-problemi tas-socjeta’ moderna,
u b’ hekk nizviluppaw is-sens ta’ responsabilita’
u ta’ partecipazzjoni tac-cittadini li jghixu fiz-zewg komunitajiet;
- Li naghqdu l-isforzi taghna
ghas-success ta’ dan il-Gemellagg, li ghandu jmexxi l-abitanti
taghna lejn il-ghan veru li ghandu jikkaratterizza s-seklu wiehed
u ghoxrin:
IL-HOLQIEN TA’
L-ISTATI UNITI TA’ L-EWROPA |